Lokali Parlament

Is-sitwazzjoni fil-MUŻA hi tar-redikolu

  • Therese Comodini Cahia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li s-sitwazzjoni fil-MUŻA hi tar-redikolu.

Fil-parlament Therese Comidi Cachia qalet li l-proposta ta’ binja ġdida għall-Arkivji Nazzjonali hi waħda tajba li tkunx tixraq lid-dokumentazzjoni, lil min juża din il-binja u l-memorja tal-kultura u l-identità Maltija. Dan m’għandux jispiċċa bħal ma spiċċa l-Mużew MUŻA fejn illum il-kollezzjoni nazzjonali fih tinsab f’periklu.

Is-servizz pubbliku għandu jitgħallem ukoll kif iżomm id-dokumenti li jirrappreżentaw dak li jagħmel lill-poplu Malti. Hi qalet li s-sitwazzjoni issa waslet fir-redikolu. Fost il-problemi li nqalgħu fil-MUŻA hemm il-moffa, nuqqas ta’ labels tal-oġġetti esebiti fil-mużew u vetrini li huma vojta.

Dwar dan qed jilmentaw anki l-viżitaturi u t-turisti. Ilmenti oħra kienu li sena wara li nfetaħ il-mużew u xhur wara li kien hemm il-moffa, kienu għadhom qed jipprovaw jiskopru t-temperatura adatta. Kien hemm fil-fatt numru kbir ta’ esebiti li kienu mneħħija u xi kmamar li ma kienx possibbli li l-viżitaturi jidħlu fihom minħabba temperaturi ogħlja. Ir-reputazzjoni ta’ dan il-mużew ġiet mgħarrqa, sostniet id-deputat Nazzjonalista.

Comodini Cachia staqsiet dwar għaliex ma tlestietx is-Sala Mattia Preti, jekk hux veru li s-sistema state of the art li tirregola t-temperatura għadha ma tintużax u kemm din ġiet tiswa.

Therese Comodini Cachia qalet li l-proġett ta’ Pjazza de Valette fil-Belt kellu jkun spazju miftuħ għall-użu tal-pubbliku u l-arti iżda mar l-Gvern illum qed jiddiskuti jekk it-Teatru Rjal għandux jissaqqaf. Hi qalet li l-faċċata tat-Teatr Rjal llum qed tintuża għall-bars u l-kaffetteriji li waħħlu t-tined fuq il-binja tal-istess Teatru Rjal.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Ministru tat-Turiżmu ħa f’idejh ir-rwol fil-kultura bl-organizzizzjoni ta’ kunċerti u sostniet li hu ħażin li jisntabu mijiet ta’ eluf għall-artisti barranin iżda mhux qed isir l-istess investiment għall-artisti Maltin biex dawn jikbru biex il-prodott ikun wieħed li jista’ jidentifika anki barra l-pajjiż.

Inbidel anki l-mod kif jingħażel min jirrappreżenta lil Malta fil-Eurouvsiion fejn tneħħiet l-opportunità lill-kompożituri Maltin. Is-settur tal-kultura mhux biss li jinbnew il-binjiet jew li l-mużewijiet jinżammu b’mod ġust xierqa iżda li jsir invetismet fil-kultura u fl-artisti, sostniet id-deputat Nazzjonalista.