- Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex ikun hemm koordinazzjoni fix-xogħlijiet li jsiru fit-toroq.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li hemm żieda ta’ 15,000 persuna fis-sena fil-popolazzjoni li qed joħolqu pressjoni qawwija fuq is-servizzi essenzjali. B’konsegwenza t’hekk illum hemm żieda fin-numru ta’ djar.
Ftit li xejn sar fin-network ta’ drenaġġ tant li dan għadu jintuża li kien hemm snin twal ilu. Jeħtieġ li l-Gvern jaħseb biex tiżdied il-kapaċità tan-network fil-pajjiż. Hu qal li qed tkun effettwata wkoll il-water table u sostna li qed isir xogħol ta’ toroq iżda mhux qed isiru mains tad-drenaġġ f’partijiet tat-toroq iżda t-tarmac qed jingħata xorta.
Jirriżulta li l-uniku post turistiku li għadu bla drenaġġ hu Wied iż-Żurrieq fejn hemm bżonn li jsir rising main. Mhux aċċettabbli li Wied iż-Żurrieq li jibqa’ jaħdem bil-fosos tad-drenaġġ fejn jinżlu eluf ta’ turisti kull sena. M’għandux ikun aċċettabbli li biex isiru xogħlijiet ikun hem dewmien ta’ xhur u anki sena. Hu appella biex isiru l-ispralli meħtiġa u l-kanali li minnhom jingħaddu s-servizzi. Toni Bezzina qal li hemm bżonn ta’ koridnament serju bejn il-ministeri kollha involuti.
//= $special ?>