– Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli appella lill-Gvern biex jirrikonoxxi iktar il-professjoni tal-għalliema.
Clyde Puli qal li flimkien il-gvern u l-Opożizzjoni kapaċi jħarsu lejn l-interess nazzjonali kif sar bil-qbil fuq il-liġijiet tal-edukazzjoni li issa saru salvagwardja għall-edukaturi u l-għalliema.

Hu qal li l-budget ma tax soluzzjonijiet jew li ta ideat ġodda dwar l-isfidi fl-edukazzjoni tant li l-MUT qalet li dan hu budget xott għall-qasam tal-edukazzjoni. Hemm sfidi kbar li jridu jkunu iffaċċjati immedjatament. Din mhix kwistjoni ta’ nefqa għal din hi pjuttost tajba bħala medja iżda l-mod kif qed jintefqa u x’qed isir.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm problemi li qed jippressaw fosthom tin-nuqqas ta’ għalliema, li llum qed iwettqu iktar xogħol fil-klassijiet u b’hekk il-problema mhix tidher daqshekk kemm hi.
Clyde Puli qal li hu importanti kif qed jitkellmu l-policies tal-gvern ma’ xulxin għaliex ma jistax ikun li l-policy ekonomika tal-gvern tkun qed toħnoq il-policy fl-edukazzjoni. Hu semma’ ż-żieda fil-popolazzjoni bi 15,000 persuna li jiġu Malta kull sena li se jkollhom bżonn akkomodazzjoni fl-edukazzjoni minħabba li wħud minnhom iġibu t-tfal. Fl-edukazzjoni l-gvern jinsab maħsud u mhux jaġġusta għal din is-sitwazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern jidher li mhux ifassal soluzzjonijiet u qal li l-għalliema jħossu li l-professjoni u l-professjonalità tagħhom m’humiex stmati għaliex m’għandhomx status biżżejjed. Qed jinħass li s-sistema tant hi ċentralizzata li l-professjonalità tal-għalliem mhix tingħata l-ispazju tagħha u għalhekk saret problema ta’ governanza u ta’ policy.

Clyde Puli appella biex din is-sistema ċentralizzata tinbidel biex l-għalliema jingħata sens ta’ sodisfazzjon b’riżultati tajbin mal-istudenti. Hu semma’ l-każ tal-photocopies fejn il-gvern kien qal lill-għalliema fejn għandhom jagħmlu l-photocopies. F’persentaġġi kbar, l-għalliema qed jgħidu li huma dimotivati tant li s-sena li għaddiet kienet l-aktar sena li fiha telqu għalliema. Dan l-istudji ilhom li saru u suppost qed jissolvew b’iktar azzjonijiet konkreti u immedjati. Din il-problema għad mhux inidirizzati u mhux qed jittieħdu l-passi.
Clyde Puli tkellem dwar il-vjolenza u n-nuqqas ta’ stima li jdejqu lin-nies iżda hemm il-fattur tal-paga li jrid ikun ikkunsidrat. Il-pagi m’humiex ogħla mill-medja u jkun żball li Malta tkun paragunata ma’ pajjiżi ex kommunisti bħall-Bulgarija. Jeħtieġ li l-pressjoni ta’ għalliema terġa’ isir waħda attrenati biex ma jintilfux iktar għalliema.
Hu qal li għandhom ikunu attirat iktar studenti li jagħżlu l-professjoni ta’ għalliema billi l-pagi jkunu mtejba. Is-soluzzjoni m’għandhiex tkun li jinġiebu għalliema barranin minħabbal-problemi maħluqa mil-lingwa u l-komunikazzjoni. Jeħtieġ strateġija ċara kif il-pajjiż jattira iktar nies fl-edukazzjoni bħala għalliema; dan il-budget kien opportunità mitlufa f’dan ir-rigward. L-ispell checker mhix l-iktar problema li għandu dan is-settur, irrimarka Clyde Puli, li kompla li għandu jkun ikkunsidrat ukoll fejn waslu r-riformi.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk il-gvern għandux pjan ġdid għal skola ġdida kull sena, sa fejn dan se jwassal, kemm qed jikkunsidra lil-ħaddiema barranin u kemm se tkun il-popolazzjoni fil-futur. Dan irrispettivament jekk il-gvern iridx li Malta issirx kożmopolitana biex isir pjan fit-tul, sostna Clyde Puli, li kompla li l-gvern għandu jkun ċar dwar kemm se kun il-popolazzjoni.
Dwar l-iskejjel ġodda, Clyde Puli qal li l-iskejjel għandhom jaqdu l-bżonnijiet ta’ kuljum. Hu semma’ l-iskola tal-Qawra u qal li din ilha tiġi mwiegħda li se tiftaħ ħames snin. L-istess seħħ f’Marsascala s-sena li għadiet li ma bdietx mas-sena skolastika. Dan qed iwasasl biex l-istudenti qed jistudjaw fil-containers għal snin meta din suppost li kienet miżura temporanja.

Dan mhux aċċettabbli fejn fl-Imsida t-tfal ittieħdu Santa Venera u kien deċiż li issa l-iskola ma tistax tkompli minħabba affarijiet storiċi. Dan missu sar qabel ittieħdu d-deċiżjonijiet sostna Clyde Puli, li kompla li Gvern Nazzjonalista kien fetaħ l-Iskola tal-Isport b’mod gradwatorju għax kien kunċett totalment ġdid fejn mhux kulħadd kien qed jaqbel miegħu.
Dwar l-edukazzjoni terzjarja, Clyde Puli qal li l-università ma setgħetx tibqa’ b’monopolju iżda l-pajjiż kellu jkun serju. Mhux tajjeb li jinġieb xi ħadd bħall-università ta’ Sadeen li jingħata trattament preferenzjali. Hu qal li x’kien l-iskop tal-gvern wara din l-inizjattiva meta Sadeen ma kellhomx esperjenza fl-edukazzjoni għaliex Sadeen mhx xi università ta’ reputazzjoni internazzjonali għaliex dawn la huma Amerikani u lanqas huma università.
Sal-lum għad irrid ngħoddulhom kemm għandhom studenti, sostna Clyde Puli li hu u l-Ministru Bartolo m’humex fans kbar ta’ din l-università. Min ġabhom hawn lil Sadeen u x’ kien l-iskop li dawn inġiebu hawn?, straqsa Clyde Puli.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ n-numru ta’ studenti u l-visa u qal li l-pajjiż irid joqgħod attent kemm qed jingħataw visas lil studenti li suppost qed jistudjaw u lanqas biss jiġu lejn Malta. Hu qal li din m’għandhiex taqbad regolarità u staqsa kemm kien hemm psewdo suenti biex jistudjaw f’Malta fl-AUM u isituzzjonijiet oħra li ma tfaċċaw qatt u li allura kien każ ta’ traffikar tal-persuni.
Dan hu settur importanti ħafna li jrid jimxu ‘l quddiem b’direzzjoni komni għaliex i-xokkijiet li l-pajjiż ħa fil-passat ma jistgħxu ikunu ripetuti, sostna Clyde Puli.
//= $special ?>