Leicester komplew il-kampjonat pożittiv b’rebħa kbira ta’ 9-0 kontra Southampton. Dan ir-riżultat kien l-akbar wieħed għal tim barra minn daru filwaqt li laħqu r-rekord ta’ rebħa fil-Premier League. B’dan ir-riżultat Leicester telgħu momentarjament fit-tieni post punt fuq Manchester City.
Ben Chilwell fetaħ l-iskor fl-10 minuta u żewġ minuti wara tkeċċa Ryan Bertrand ta’ Southampton wara daħla fuq Ayoze Perez. Youri Tielemans irdoppja fis-17-il minuta qabel Perez skorja doppjeta fid-19 u d-39 minuta, b’Jamie Vardy jagħmel l-iskor 5-0 fil-45 minuta. Perez għaqqad it-tripletta personali fis-57 minuta u minuta wara Vardy żied ieħor. James Maddison għamel l-iskor 8-0 bi free-kick fl-84 minuta biex Vardy ssiġilla r-rebħa b’penalty fid-90 minuta.
//= $special ?>