Lokali Qorti

Mixli bi vjolelnza domestika fuq martu, li kkawżalha feriti ħfief u li heddidha li se joqtolha

Raġel ta’ 33 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia bi vjolenza fuq martu, li kkawżalha fertiti ħfief u li heddidha li kien se joqltolha. Dan il-każ seħħ allegatament fid-dar matrimonjali tagħhom.

Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Roderick Attard li qed imexxi l-Prosekuzzjoni fil-każ fejn spjega wkoll li hedded lil martu, anke permezz ta’ telefonati.

Huwa kien akkużat ukoll li kkawża biża’ fuq martu, li għamel użu ħażin minn tagħmir tat-telekomunikazzjoni, li hedded lil martu u li kkawżalha feriti ħfief waqt argument li kellhom nhar il-Ħamis fid-dar tagħhom fiż-Żejtun.

Ir-raġel qed jiċħad l-akkużi kollha miġjubin kontrih. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,500, liema garanzija saret minn terza persuna li għamlet il-garanzija f’ismu.

Kien ordnat jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa u biex josserva ‘curfew’. Ir-raġel se jkun qed jgħix f’raħal ieħor u mhux iż-Żejtun. Il-Qorti ordnat ukoll li l-mara tingħata l-protezzjoni kif ukoll li ma jissemmiex la l-akkużat u lanqas l-allegata vittma biex tiġi protetta l-identità ta’ uliedhom.