Futbol Sport

‘Replay Drive’ ma’ Franz Tabone – Jemmen li l-imħatri fil-futbol jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-logħba

L-Integrity Officer tal-MFA Franz Tabone kien it-tieni mistieden ta’ Christian Micallef fir-rokna Replay Drive li xxandret il-Ħadd li għadda waqt il-programm Replay fuq Net Television.

Waqt l-intervista, Tabone jitkellem fuq diversi temi li laqtu l-ħidma tiegħu u rrimarka b’mod partikolari kif jemmen li fil-futur l-isponsors tal-imħatri għad jieqfu jkunu permessi fil-futbol. Tabone jinsab fit-tmiem tal-ħidma tiegħu bħala Integrity Officer.