Lokali

Dal-lejl jibda l-Ħin tax-Xitwa

U llejla, kif ħafna jafu, naqilbu s-siegħa għall-Ħin tax-Xitwa.

Il-ħin tas-sajf f’Malta din is-sena se jispiċċa fit-3 ta’ filgħodu – ħin tas-sajf lokali – tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri għada. B’hekk mill-Ħadd inkunu qed nibdew bil-ħin tax-Xitwa. Dan ifisser li matul il-lejl li ġej se nkunu qed norqdu siegħa aktar, għaliex indawru l-arloġġ siegħa lura.

Din se tkun waħda mill-aħħar okkażjonijiet li se nbidlu għall-ħin tax-xitwa. Dan hekk kif fl-2021, il-bdil tal-ħin se jieqaf.

Il-pajjiżi li se jżommu l-ħin tas-sajf tagħhom għandhom jagħmlu l-aħħar bidla tal-arloġġ tagħhom f’Marzu 2021. Filwat li dawk li jippreferu jżommu l-ħin tax-xitwa jistgħu jirranġaw l-arloġġi tagħhom għall-aħħar darba fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru tas-sena 2021.