Il-Prim Ministru Joseph Muscat ta’ kujum qiegħed jaffaċċja mistqosjijet mill-media dwar il-pakkett finanzjarju astronomiku li ingħata l-eks Kap tal-Komunikazzjoni tiegħu Kurt Farrugia, bil-ħatra ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise.
Iżda l-Prim Miistru, f’tentattiv iddispart li jiddevja u jdawwar il-fatti spiċċa jikkontradixxi lilu nnifsu f’temp ta’ ftit sekondi dwar il-kważi €500 kuljum li se jkun qed jieħu Farrugia. L-ewwel qalilna li l-figuri li dehru fuq it-Times huma żbaljati, u ftit wara rreferiena għall-istess figuri.
Fakkarna lil Joseph Muscat li kien propju l-eks Kap tal-Komunikazzjoni tiegħu li jumejn ilu rreferiena għat-tabella tat-Times, bil-Prim Mnistru jgħid li qed ngħidu “ħmerija” biex imbagħad lill-ġurnalist tat-Times, li talbu jgħid kemm allura qed jitħallas Kurt Farrugia, irreferih għall-istess tabella.
Muscat b’dik it-tweġiba mera dak li qal hu stess ftit tas-sekond qabel. Mhux hekk biss, talli kkontradixxa lill-istess Kurt Farrugia li jumejn ilu insista li naraw l-artiklu tat-Times biex nivverifikaw il-figuri, l-istess figuri li tkellem dwarhom Joseph Muscat.
Imma il-Prim Ministru bilkemm ma riedx jgħidilna li ma kienx ċert għal min qed nirreferu meta staqsejnih dwar il-pakkett finanzjarju straordinarju li ħa l-ħabib tiegħu, tant li staqsiena min HU l-ħabib kbir tiegħu. U meta weġibnih bl-isem ta’ Kurt Farrugia, beda jidħaq.
Donnu għal Joseph Muscat, li Kurt Farrugia se jkun qed jitħallas paga stratosferika ta’ mijiet ta’ ewro kuljum hija materja tad-daħq. L-istess Muscat li dwar it-tlett Ewro u 51 ċenteżmu lill-anzjani qal li “jaqbdu l-bard”.
//= $special ?>