Kunsilli Lokali Lokali

L-ambjent u t-tibdil fil-klima diskussi waqt il-laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Is-sostenibbiltà tal-ambent u t-tbdil fil-klima kienu fost it-temi diskussi fil-Laqgħa Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hekk kif diversi kelliema tkellmu dwar dawk li huma l-isfidi li qed isibu ma’ wiċċhom diversi lokalitajiet f’pajjiżna.

L-infrastruttutra u n-nuqqas ta’ opportunità għal mezzi ta’ trasport differenti, inkluż id-diffiklutajiet li hemm biex il-mixi jingħata wkoll priorità bħala mezz ta’ trasport sostenibbli u li jipprommwovi stil ta’ ħajja aħjar kienu fost it-temi li ġew indirizzati.

Preżenti għall-laqgħa kien hemm ħafna kunsilliera, minority leaders u sindki fost l-oħrajn, kif ukoll kelliema li taw il-kontribut tagħhom minn perspettivi differenti. Fosthom Darren Grasso, Direttur responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropew fi ħdan il-MEUSAC, li tkellem fid-dettall dwar il-fondi disponibbli għall-Kunsilli Lokali.

Tkellem ukoll Robert Cutajar, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Gvern Lokali, li rrefera għal dak li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa fejn kienet l-Oppożizzjoni li ssetjat l-aġenda permezz ta’ mozzjoni mressqa minnha u li wasslet biex pajjiżna jiddikkjara emerġenza fit-tibdil fil-klima.

Robert Cutajar appella sabiex jinstab bilanc bejn l-iżvilupp u l-ambjent biex b’hekk inħallu ambjent aħjar milli sibnih.

Qal ukoll li jeħtieġ li l-partijiet kollha jingħaqdu flimkien fuq livell lokali u nazzjonali jekk irridu nagħmlu d-differenza. Hu appella biex il-Gvern iżid u mhux inaqqas ir-responsabbiltajiet u l-fondi lill-Kunsilli sabiex jerġgħu jingħataw is-saħħiet li jistħoqqilhom.