L-Assoċjazzjoni tal-Uffiċjali tal-Pulizija Rtirati ta’ Malta tosserva bi pjaċir l-għoti tal-Midalji għal servizz twil u effiċjenti lil diversi membri tal-Kop nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru kif ukoll d-diskors tal-okkażjoni tal-Kummissarju.
L-Assoċjazzjoni tingħaqad ma’ dak li rrimarka l-Kummissarju s-Sur Lawrence Cutajar. fejn qal li wasal iż-żmien li r-regolamenti dwar l-għoti tal-Midalja għandhom jigu riveduti wara sbatax-il sena.
Dan kollu l-Assoċjazzjoni taqbel miegħu u ilha tisħaq dwaru. B’ hekk il-Pulizija li jkunu taw servizz lill-komunità jiġu premjati wkoll.
//= $special ?>