Rugby Sport

L-Ingliżi jittamaw fl-ewwel finali tat-Tazza tad-Dinja mill-2007

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Eddie Jones ħeġġeġ lill-plejers biex iwettqu l-istorja fis-semifinali kontra New Zealand. L-Ingliżi qed jimmiraw li jaslu sal-finali għall-ewwel darba mill-2007, bl-avversarji rebħu l-aħħar 18-il logħba fit-Tazza tad-Dinja.

Huma lagħbu tliet darbiet kontra New Zealand fit-Tazza tad-Dinja iżda qatt ma rebħu. Kemm ilu Jones fit-tmexxija, l-Ingilterra lagħbet kontra New Zealand darba, b’telfa ta’ 16-15 fi Twickenham f’Novembru li għadda. Dakinhar l-Ingliżi kienu 15-0 fil-vantaġġ qabel try ta’ Damian McKenzie beda r-rimonta.

Il-plejers ta’ New Zealand jittamaw li jispiraw il-ġenerazzjoni li jmiss biex jilagħbu billi jkollhom prestazzjoni brillanti llum fis-semifinali. Il-parteċipazzjoni tat-tfal fir-rugby fil-pajjiż niżlet minħabba li s-subien qed iduru aktar għal-logħob teknoloġiku u sport ieħor fosthom il-futbol. Rapport ikkumissjonat minn New Zealand Rugby sab li filwaqt li l-isport qed jikber fost il-bniet, is-subien qed iduru aktar għal sport ieħor, bi tnaqqis ta’ 17% bejn l-2014 u l-2018.

Il-prop Joe Moody qal li jkun tajjeb kieku ikollhom prestazzjoni tajba kontra l-Ingilterra u jagħmluha attraenti għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. L-uniku mod hi li nuruhom kemm jista’ jintlagħab tajjeb,” kompla Moody.