Kultura Lokali

Ottubru huwa x-xahar ta’ Tikka Banda

L-isem tal-banda beda bħala ċajta bejn 4 ħbieb fis-26 ta’ Ottubru 2013. Minn dakinhar, il-fundaturi oriġinali ngħaqdu ma’ aktar membri tal-banda li hi dik li hi llum…. ħolma li saret realtà.

Fil-jum tal-ħolqien ta’ din il-banda saret ċelebrazzjoni taħt l-isem ta’ ‘Tektika Kapitali’ proġett tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta prodotta minn Tikka Banda li kienet spettaklu għal bosta madwar il-Belt Valletta.

Siltiet qosra fi Pjazza Tritoni, quddiem il-Qorti u fil-Barrakka ta’ Fuq… il-mużika kienet maqsuma f’żewġ partijiet b’perkussjoni interattiva mal-pubbliku u mużika minn kompożituri Beltin sa mis-sena 1900 pero addattati għall-formazzjoni żagħżugħa li tifforma parti minn din il-banda.