Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li ċeda saqaf

Raġel ta’ 48 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ hekk kif ċeda bih is-saqaf. L-inċident seħħ Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar ġewwa residenza fi Triq Għar il-Ġobon, Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 48 sena, residenti Marsaskala sofra ġrieħi wara li ċeda saqaf bih u waqa xi għoli.

Fuq il-post assistew lill-vittma membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Ambulanza ħadet lirraġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.