Lokali Saħħa

Tkompli r-riċerka fil-qasam tal-kanċer

Hekk kif il-mard tal-kanċer qiegħed dejjem jiżdied b’rata allarmanti, ta’ kuljum għaddejja riċerka biex din il-marda tkun tista’ tiġi kkontrollata u fejn huwa possibbli, imfejqa.

Il-Fakultà tal-Health Sciences fl-Università ta’ Malta wettqet riċerka intensiva li permezz tagħha tkun tista’ tipprevjeni din il-marda qerrieda.

Iltqajna ma’ David Saliba, Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-Applied Biomedical Services fejn spjegalna l-importanza li l-bniedem ikollu sistema immunitarja b’saħħitha.

Ir-riċerka ta’ David Saliba, li damet għaddejja madwar erba’ snin,  kienet tikkonċerna l-komunikazzjoni bejn dawn iċ-ċelloli bojod.

Din ir-riċerka issa qed tintuża biex jiġu studjati affarijiet ġodda.

Dan kollu jawgura tajjeb sabiex fil-futur qrib, ikun jista’ jinstab fejqan għal din il-marda li taffettwa numru kbir ta’ persuni madwar id-dinja kollha.

Ikkummenta