Stefanos Tsitsipas issielet minn set minn taħt biex għeleb lis-Serb Filip Krajinovic 3-6, 6-4, 6-4 fil-kwarti tal-finali tal-Kampjonat Indoor Żvizzeru. Din ir-rebħa fissret l-għaxar semifinali ta’ Tsitsipas u issa jilgħab kontra Roger Federer li kellu triq eħfet wara li Stanislav Wawrinka kellu jirtira qabel il-logħba minħabba problemi f’daharu.
Federer qed ifittex li jirbaħ it-tielet titlu konsekuttiva għat-tieni darba fil-karriera tiegħu wara li għamel l-istess fl-2006, fl-2007 u l-2008. Jekk jirbaħ dan it-tournament ikun l-għaxar titlu f’Basel. Tsitsipas kellu 12-il ace u 38 winner f’logħba fejn iż-żewġ tennisti tilfu s-service tliet darbiet, iżda l-Grieg kien aktar effettiv fit-tieni service. Din kienet il-11-il darba dan l-istaġun li kellu jirkupra minn set minn taħt biex rebaħ il-logħba.
Is-semifinali l-oħra se tkun bejn Alex de Minaur tal-Awstralja u l-Amerikan Reilly Opelka. De Minaur li daħal fit-tournament b’wildcard, rebaħ 6-4, 7-6 kontra l-Ġermaniż Jan-Lennard Struff filwaqt li Opelka kellu 31 ace fir-rebħa kontra l-Ispanjol Roberto Bautista Agut 6-3, 3-6, 6-3.
//= $special ?>