Roger Federer rebaħ l-għaxar titlu f’Basel wara li għeleb liż-żagħżugħ Alex De Minaur 6-2, 6-2 f’siegħa u tmien minuti. B’din ir-rebħa hu tawwal is-sensiela ta’ rebħ f’Basel għal 24 logħba, bl-aħħar telfa tiegħu tasal fl-2013 fil-finali kontra Juan Martin del Potro. Fatt interessanti hu li l-Awstraljan kienu għadu ma twelidx meta Federer qeleb professjonali fl-1998.
Dan kien ir-raba’ titlu tiegħu din is-sena wara li rebaħ f’Dubai, Miami u Halle. B’hekk hu jinsab biss sitt titli ATP bogħod mir-rekord ta’ kull żmien ta’ Jimmy Connors.
Wara l-logħba, Federer qal li l-logħba kienet veloċi iżda sabiħa. Hu kien sodisfatt bil-prestazzjoni speċjalment fl-attakk u ddeskriva l-ewwel ħames logħbiet bħala l-aktar diffiċli.
Federer kellu kliem ta’ tifħir għall-prestazzjonijiet ta’ De Minaur f’dan it-tournament. B’ton sarkastiku, De Minaur kien qed jittama li Federer għajja jirbaħ unuri iżda bl-aktar mod onest faħħar il-kwalitajiet tal-Iżvizzeru.
//= $special ?>