Lokali

FILMAT: 5 vetturi involuti f’inċident fil-Gżira

Ħames vetturi kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Rue D’Argens, il-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.40am qrib it-traffic lights tal-istess triq.

Il-pulizija qalulna li vann tat-tip Peugeot ħabat ma’ Ford Transit, b’kawża tal-ħabta, seħħ impatt ma’ tliet karozzi li kienu pparkjati fl-istess triq.

Fil-vettura tat-tip Ford kien hemm koppja, mara u raġel Sirjani li jgħixu Tal-Pietà, bl-età tax-xufier hija dik ta’ 23 sena. Il-mara li kellu miegħu sofriet feriti ħfief. Il-vettura Peugeot kien qed tinstaq minn raġel ta’ 31 residenti l-Mosta.

It-triq għamlet xi ħin magħluqa għat-traffiku.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.