Lokali

Imut resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Malti residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu, f’każ li seħħ is-Sibt filgħaxija.

Minnufih, żewġ uffiċjali tawh l-ewwel assistenza sakemm ġiet l-ambulanza u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. 

Sfortunatament, ir-raġel tilef ħajtu matul il-ġurnata tal-Ħadd u, waqt li għaddejja investigazzjoni interna skont il-proċeduri stabbiliti, infetħet inkjesta maġisterjali.

B’reazzjoni għal dan il-kelliem tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami fakkar li din hi t-tielet mewt fi ftit xhur fil-ħabs ta’ Kordin u talab għal spjegazzjoni urġenti dwar dak li qed iseħħ.