Lokali

Isofri feriti gravi wara ‘hit & run’

Arkivji
Xufier kien imfittex mill-pulizija wara li ħabat ma’ mutur u telaq

Raġel mill-Imsida ta’ 41 sena qed jinżamm mill-Pulizja għall-mistoqsijiet hekk kif sewwieq ta’ mutur qed isofri minn feriti gravi wara hit and run f’Ta’ Xbiex.

L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-21:00 fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi.

Is-sewwieq ta’ mutur joqgħod Tal-Pietà u kien qiegħed isuq mutur tat-tip Honda meta ntlaqat minn vann li telaq minn fuq il-post tal-inċident. Fl-aħħar ħin ġie żvelat li l-vettura li telqet minn fuq il-post ġiet identifikata bħala Isuzu.

Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post u permezz t’ambulanza s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn feriti gravi.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga aktar dwar dan l-inċident.