Ewropa Għawdex Knisja Kultura Lokali

Pittura ta’ 280 sena restawrata

Il-pittura tal-koppla finta tal-Katidral t'Għawdex f'proċess ta' konservazzjoni u restawr

Wasal fi tmiemu r-restawr li sar fuq pittura li għal madwar 280 sena ilha ssebbaħ il-koppla finta tal-Katidral t’Għawdex.

Il-pittura tinsab 20 metru ‘l fuq fil-Katidral. Net News tkellem ma’ Monsinjur Tarcis Camilleri fejn spjegalna għaliex sar dan ir-restawr.

Ir-restawratur Pierre Bugeja spjega ma’ Net News fiex tikkonsisti din il-pittura.

Ir-restawr ħa sena biex tlesta hekk kif kien jirrikjedi xogħol estensiv.

Din il-pittura hi fost 13-il proġett ieħor ġewwa Għawdex li permezz tal-fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropeja qegħdin jiġu restawrati. Dwar dan tkellimna ma’ Noel Formosa.

Il-Ħadd il-pubbliku kellu l-opportunità li jżur il-post, fil-Mosta, fejn qed isir ir-restawr. Dan biex jaraw kemm il-pittura mill-viċin iżda wkoll diversi restawraturi fuq xogħolhom.

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone