Futbol Sport

Sirens ikabbru l-bidu diffiċli ta’ Balzan

(Ritratt: Martin Agius)

BALZAN…………………………. 2

SIRENS…………………………… 4

Balzan: K. Naumovski, I. Bozovic, N. Sljivic, A. Kosoric, R. Correa, P. Fenech, U. Ljubomirac, R. Scicluna (D. Camilleri 74’), S. Pisani, A. Majdevac, A. Effiong

Sirens: D. Cassar, R. Romao, A. Borg, R. dos Anjos, T. Espindola, R. Grech, I. Adeshina, W. de Oliveira, R. Memezes, E. Okoye, F. Cheveresan

Imwissija: R. Memezes 23’, R. Grech 81’, W. de Oliveira 91’, F. Cheveresan (wara l-logħba) (S), A. Kosoric 45+1’, R. Correa 81’, S. Pisani 92’, I. Bozovic 92’ (B)

Tkeċċa: N. Sljivic wara l-logħba (B)

Skorjaw: R. Memezes 9’ pen, T. Espindola 45+2’, E. Okoye 79’, 88’ (S), R. Correa 44’, A. Majdevac 51’ (B)

Referee: Etienne Mangion

Assistenti Referees: Chris Francalanza, Thomas Debono

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Emmanuel Okoye (Sirens)

BOV Plejer tal-logħba: Wellington de Oliveira (Sirens)

Bħal dak li ġara aktar kmieni f’dan il-kampjonat, Sirens wieġbu bl-aħjar mod wara telfa hekk kif wara li d-darba l-oħra għelbu lil Santa Lucia 3-1, din id-darba għelbu lil Balzan 4-2.

Għat-tim ta’ Jacques Scerri, din kienet ir-raba’ telfa tal-kampjonat hekk kif donnhom ma jistgħux isibu l-konsistenza neċessarja biex jitilgħu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. B’hekk huma baqgħu fid-disa’ post tal-klassifika u għaxar punti taħt il-leaders.

Fl-ewwel azzjoni tal-logħba, Sirens ingħataw penalty meta Romario Memezes għolla l-ballun ġie mwaqqaf minn id Nenad Sljivic, bir-referee Etienne Mangion jordna penalty. Mill-11-il metru ROMARIO MEMEZES għeleb lil Kristijan Naumovski b’xutt fil-baxx għar-rokna.

Sirens baqgħu l-aktar tim perikoluż u fl-14-il minuta, free-kick insidjuż ta’ Thiago Espindola ġie mdawwar f’korner b’diffikultà minn Naumovski. Balzan bdew joqogħdu aktar u fis-27 minuta, Effiong kellu ċans tajjeb li jġib id-draw, bl-ewwel xutt ikun salvat minn David Cassar biex mir-rebound xeħet għoli.

Minuta wara, Sirens resqu qrib li jirduppjaw b’xutt fil-baxx għar-rokna ta’ Wellington de Oliveira jkun imdawwar f’korner minn Naumovski. Okkażjoni oħra għat-tim ta’ Steve D’Amato fis-36 minuta bi kross mil-lemin ta’ Wellington fuq it-tieni lasta jispiċċa għand Emmanuel Okoye iżda Naumovski għalaq tajjeb l-ispazju u reġa’ salva lit-tim tiegħu.

Balzan ġabu d-draw fl-44 minuta bi free-kick fil-baxx minn pożizzjoni ċentrali ta’ RICARDO CORREA jkun imxellef u spiċċa fir-rokna tax-xibka. Iżda Sirens xorta spiċċaw l-ewwel taqsima fil-vantaġġ fl-aħħar azzjoni tat-taqsima. Kien free-kick mil-lemin ta’ THIAGO ESPINDOLA li ħabat fil-kaxxa u qarraq b’Naumovski.

Balzan ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u wara li fil-50 minuta daqqa ta’ ras ta’ Kosoric għaddiet ftit barra, anqas minn żewġ minuti wara reġgħu ġabu d-draw. Kienet azzjoni personali ta’ ANDRIJA MAJDEVAC li għeleb li għadda qalb żewġ difensuri u għeleb lil Cassar.

Sirens appellaw għal penalty fl-64 minuta wara kuntatt bejn Steve Pisani u Emmanuel Okoye iżda r-referee Etienne Mangion ħalla l-logħob għaddej. Sirens marru fil-vantaġġ għat-tielet darba fil-logħba fid-79 minuta b’EMMANUEL OKOYE jikkontrolla mill-aqwa ballun fit-tul, avvanza u għeleb lil Naumovski.

Balzan pruvaw jattakkaw aktar biex jevitaw it-telfa, iżda spiċċaw biex anki sofrew ir-raba’ gowl fit-88 minuta minn kontrattakk ieħor, b’EMMANUEL OKOYE din id-darba jitħalla żmarkat fil-kaxxa u skorja b’xutt djagonali fil-baxx. Fi tmiem il-logħba, kien hemm sensiela ta’ argumenti bejn iż-żewġ settijiet ta’ plejers, b’Nenad Sljivic jitkeċċa għal Balzan.