Lokali

Anzjan jittajjar minn vettura: isofri ġrieħi serji

Ritratt: Martin Agius

Anzjan ta’ 82 sena residenti l-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi serji wara li ttajjar minn vettura. L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun għall-ħabta tas-6.15a.m. meta għal xi raġuni intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret esperti biex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.