Lokali

APPELL biex jinstab dan ir-raġel barrani

Fuq il-media soċjali qed isir appell sabiex jinstab raġel ta’ 36 sena bl-isem ta’ Dave Benham.

Qed jingħad li Benham l-aħħar li deher kien f’bar ġewwa l-Qawra fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Nies li jafuh marru jfittxuh fil-flat tiegħu, iżda ma fetaħx. L-anqas l-awtoritajiet tal-isptar Mater Dei ma kellhom informazzjoni dwar dan ir-raġel.

Ħbieb ta’ Benham qed jappellaw lill-pubbliku għal kull tip ta’ informazzjoni.