Lokali Parlament

Budget li ma jinkludi xejn dwar il-ħarsien tal-annimali

  • Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-ħarsien tal-annimali lanqas biss jissemmew fil-budget.

Fil-parlament Mario Galea qal li l-Ministru tal-Finanzi jrid jifhem li għandu jalloka flus għal inijattivi ġodda. Wasal iż-żmien li jsir kumpless adegwat fejn jinżammu klieb biex ikunu addottati.

Jeħtieġ miżuri biex jiżdiedu u jkunu rranġati x-shelters tal-karozzini u jitwassal l-ilma.

Hu appella lill-knisja biex twaqqaf it-tiġrijiet taż-żwiemel kmieni waranofsinhar. Dwar dan diġà hemm sentenza tal-qorti biex dawn isiru fil-korsa taż-żwiemel iżda din qed tiġi injorata. Jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-knisja, tal-politiċi u tal-każini għaliex din hi moħqrija glorifikata approvata mill-awtoritajiet.

Jeħtieġ li jkun hawn kampanja għat-tiswija tal-annimali li jgħixu fit-toroq biex jonqsu l-qtates u l-klieb fit-toroq. Qed jerġgħu jiżdiedu l-klieb fit-toroq, li kienu spiċċaw mill-pajjiż. Jeħtieġ għajnuna lis-santwarji għaliex dan bla flus u mhux ilaħħqu.

Mario Galea qal li l-electronic collars għandhom ikunu mwaqqfa għaliex din hi moħqrija fuq il-klieb meta dawn jinbħu. Hu qal li hu tajjeb li jsir modernizzar fl-Għammieri. Dwar il-Kummissarju tal-Annimali l-ġdid, Maro Galea qal li dan għadu ma ltaqax miegħu bħala kelliem tal-Oppożizzjoni u qed jistenna din il-laqgħa. Ninsab irrabbjat b’sentenza tal-qorti fejn kien nies jaħqru annimali u jingħataw sentenza massima mill-qorti iżda l-qorti qaltilhom biss biex imorru jirriflettu fuq dak li għamlu, sostna Mario Galea.