Lokali Parlament

Il-fondi Ewropej huma fundamentali għall-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-fondi Ewropej huma fundamentali għat-trasformazzjoni tal-ekonomija u għall-iżvilupp tas-soċjetà.

Fil-parlament Robert Cutajar fakkar li kien Gvern Nazzjonalista li wettaq din il-kisba kbri ata’ fondi mill-UE tant li llum hawn anki ministeru għall-fondi Ewropej.

Malta kienet ta eżempju fl-2013 fejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ġab iktar minn €1 biljun mill-UE. Dak kien perjodu li fih kien hawn kriżi internazzjonali iżda Malta rċeviet l-akbar fondi Ewropej propju meta l-Ewropa kienet għaddejja minn kriżi.

Fl-2019 wasal iż-żmien għal negozjati dwar it-tqassim tal-fondi Ewropej. Illum dawn qed isiru fi żmien meta l-andament fl-UE u internazzjonalment hu totalment differenti. Joseph Muscat se jirnexxielu jġib l-istess ammont ta’ fondi li ġab Lawrence Gonzi? staqsa Robert Cutajar, li kompla li llum il-poplu Malti qed igawdi mill-viżjoni tal-Gvern Nazzjonalista.

Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta llum qed tbiegħ xi ġara li mhix esklussivament tagħha; iċ-ċittadinanza. Din qed tagħmel ħsara kbira lill-pajjiż u lir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta. Id-due diligence mhux qed isir u se jkollu effett fuq il-pajjiż iżda l-gvern qed jibqa’ jwebbes rasu.

Robert Cutajar kompla li dawn il-fondi tal-UE għamlu differenza kbira gliex bihom saru ċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei, 30,000 impjegat mis-settur privat daħlu f’programmi ta’ taħriġ, saret riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt u żoni oħra, sar il-MUŻA u twettqu ħafna proġetti oħra. Ma jistax ikun li Malta jkollha inqas fondi milli kiseb Gvern Nazzjonalista għaliex dawn huma fundamentali għall-ekonomija Maltija.

L-ammont ta’ faqar issa laħaq 90,000, spjega Robert Cutajar, li kompla li dan l-aspett jista’ wkoll jgħin biex Malta tikseb iktar fondi mill-UE. Il-gvern għandu jinvesti iktar fl-infrastruttura u fit-taħriġ.

Robert Cutajar qal li fl-2008 il-gvern Nazzjonalista waqaf il-MUESC u sostna li din kienet deċiżjoni għaqlija. Hu appella biex Għawdex jingħata l-attenzjoni meħtieġa kemm fil-fondi mill-UE kif ukoll fl-investiment.