- Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-gvern falla fir-riċiklaġġ u fl-ambjent tant li issa qed iseħħu skandli kbar fl-impjant tal-Wasteserv f’Tal-Balal.

Hu qal li Malta hi ifqar fis-settur tal-ambjent mis-sena li għaddiet minħabba l-wegħdi mhux miżmuma mill-Gvern. Fost dawn hemm it-tkabbir tan-nature park fiż-Żonqor li kellu jitkabbar, il-mini-buskett fin-nofs ta’ Malta u skema tal-kontenituri tal-fliexken tal-luminata; li ilha mwiegħda tliet snin.
Wegħdi oħra kienu li jsir pjan għall-istrateġija tal-klima, regolari tal-ħsejjes, l-ewwel ġeopark fil-pajjiż, il-bini mill-ġdid tal-impjant Sant’Antin li nħarqet u l-introduzzjoni ta’ fuel li jħammeġ ħafna inqas. Minn dan ma sarx ejn!
Hu qal li l-obbligu tal-gvern li jnaqqas l-emissjonijiet skont kif iddikjara fl-2015 issa tneħħa wkoll. Dwar l-emissjonijiet mill-vapuri, Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni pproponiet miżuri minħabba l-emissjonijiet li joħorġu mill-curise liners li huma 148 darba iktar minn dak li jkun hemm fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Hu qal li l-pajjiż qed jonfoq il-miljuni biex jikkura l-problema ta’ asthma fil-pajjiż. Bejn Malta u Sqallija jgħaddu madwar 35,000 vapur fis-sena li jagħmlu wieħed mill-iktar kanali traffikużi fil-pajjiż u għalhekk il-gvernijiet Taljani u Maltin għandhom jaħdmu flimkien.
Hu appella biex il-gvern jappunta Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri u qal li l-gvern falla anki fil-kwalità tal-arja. Il-gvern mhux juri li qed jimmira biex sat-tali sena jkun hawn ix-ship to shore fil-Port il-Kbir.
Malta tinsab wara l-Baħrejn, il-Kuwajt, il-Gongo u l-Eġittu fil-persuni li jbatu bl-asthma b’27,000 persuna fil-pajjiż li jbatu mill-asthma b’medja ta’ żieda ta’ 5 persuni kuljum. Wara Ċipru, Malta hi l-agħar pajjiż fl-UE fejn l-emissjonijiet żdiedu sa 50%; Malta qed tfalli għax m’hemmx ir-rieda għax il-prijoritjiet huma x’imkien ieħor.
Jason Azzopardi qal li l-ħaddiema tal-Inċenatur u r-residenti tal-Marsa għandhom dritt għal ħajja aħjar. Tlieta mill-erba’ digestors fl-Impjant ta’ Sant’Antin ilhom wieqfa xhur. Hu qal li l-konsumaturi tal-pvs, madwar 20,000, qed iħallsu lill-gvern bl-11c kull unit wara li skada l-kuntratt tad-pv hu qed jixtri biss 7c5. Il-konsumatur qed jixtru bis-16c kull unit mill-Electrogas meta l-gvern jista’ jixtri mill-interconnector bil-11c kull unit. Dan iseħħ għax inkella l-ħbieb ma jixxaħħmux!

Jason Azzopardi qal li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tistabilixxi perjodu li fih iridu jsiru x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni biex ma jibqgħux iktar krejnijiet fit-toroq li jdumu snin twal. Hu tkellem dwar diversi proposti li qed tressaq l-Opożizzjoni fosthom toroq solari, ġonna fuq il-bjut.
Il-Waste Serv qed topera impjant illegali f’Tal-Balal li kumbinazzjoni qabad. Hawn ġungla ta’ oġġetti domestiċi f’Tal-Balal li l-kuntratt ingħata b’ordni diretta. Din għandha ordni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar. Hu qal li l-materjal li suppost hu riċiklat qed jintrema fl-Għallies. Kull sena qed jintremew bejn 40 jew 50 tunnellata skart RDF; li jista’ jaqbad minħabba li joħorġu ċertu gassijiet.
Fin-Nazzjonijiet Uniti, Malta kienet assenti dwar il-bidla fil-klima iżda issa l-gvern issa qed jitkellem għax tkellemt l-Oppożizzjoni. Il-gvern falla fl-ambjent u fir-riċiklaġġ; kriżi kullimkien fejn il-gvern irid jespropriha 40,000 metru kwardu biex jarmi l-iskart għaliex falla fl-immaniġġajr tal-ambjent.
//= $special ?>