Il-Gvern naqas milli jagħmel stqarrija ministerjali dwar il-ħames persuni mietu fil-Ħabs fl-aħħar 18-il xahar.
Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni li fis-seduta tal-lum staqsa lill-Prim Ministru Joseph Muscat jew lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia jekk il-Gvern hux s jagħmel stqarrija ministerjali jew hux se jagħti informazzjoni dwar il-mewt ta’ ħames persuni fil-ħabs fl-aħħar 18-il ahar.
Wara t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Ispeaker staqsa lill-Gvern jekk hux se jagħmel stqarrija ministerjali dwar dan. It-tweġiba min-naħa tal-gvern kienet fin-negattiv u għalhekk ma saret l-ebda stqarrija ministerjali.
//= $special ?>