Lokali

Iweġġa’ gravi wara li tegħleb krejn li kien fuqha

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 48 sena minn Ħal Għargħur weġġa’ wara li krejn li kien qed jagħmel xogħol bih għeleb u rassu ma’ grada tal-ħadid.

L-inċident seħħ kmieni t-Tnejn waranofsinhar, u kien għall-ħabta tas-1.40pm li l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq is-Sagra Familja, il-Bidnija, limiti tal-Mosta.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien sofra xi ġrieħi. Hu ingħata l-ewwel għajnuna minn xi nies li kienu fuq il-post sakemm waslu fuq il-post membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.