Lokali Parlament

Jeħtieġ impenn biex jerġà jsir ftehim mal-Istati Uniti dwar rilokazzjoni ta’ immigranti

  • Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici appella biex il-Gvern Malti jerġà jimplimenta l-ftehim li kien sar bejn Malta u l-Istati Unititi tal-Amerika dwar ir-rilokazzjoni ta’ immigranti.

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar Brexit u qal li Malta se tkun wieħed mill-iktar pajjiżi li se jkun effettwat negattivament mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Hu appella biex ikun hemm għarfien dwar diversi setturi li se jkunu effettwati fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ivvjaġġar minħabba li ħafna Maltin jikkunsidraw Londra bħala t-tieni belt tagħhom.

Id-deputat Nazzjonalista qal li sfida oħra hi kif se tingħata għajnuna lill-pajjiżi tal-Balkani għaliex hemm pajjiżi li bi sforz jistgħu jsiru membri tal-UE. Dan ikun parti mill-iżvilupp, sostna Carm Mifsud Bonnici, li qal li l-Balkani jista’ jkun il-post determinantii biex tkompli tissaħħaħ il-pażi fl-Ewrpa. Hemm bżonn li pajjiżi bħall-Maċedonja u l-Montenegro li għad iridu jissieħu fl-UE ma jsibux imblokki beix jagħmlu dan meta l-popli tagħhom propju ivvuatw biex jissieħbu.

Dwar il-fondi Ewropej, id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern wiegħed fil-budget li hu impenjat biex iġib l-aqwa pakkett finanzjarju mill-UE. Hu qal li l-Oppożizzjoni hi nkwetata dwar x’se jkun il-pakkett finanzjarju mill-UE minħabba li r-Renju Unit se joħroġ mill-UE u minħabba li jista’ jkun li Malta tikseb pakkett inqas.

Il-fondi li ġab gvern Nazzjonalista mill-UE kienu fundamentali għall-ekonomija u l-iżvilupp soċjali f’Malta. Hemm bżonn li l-fondi Ewropej ikunu assigurati u l-gvern għandu jagħmel diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni biex tingħata l-informazzjoni neċessarja. Jeħtieġ preparazzjoni tajba ħafna għal dan, sostna Carm Mifsud Bonnici.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-immigrazzjoni rregolari u qal li hu tajjeb li l-ministru għandu fiduċja fir-rikolazzjoni awtomatika tan-nies li ħaqqhom l-ażil jew dawk li jiġu fil-pajjiż. Din hi sfida li fih il-pajjiż irid juri l-livell taċ-ċiviltà biex isib il-metedoliġija biex jispjega lill-UE dwar x’għandu jsir.

Kienu rikolati minn Malta 4,300 persuna li huma intitolati għall-protezzjoni umanitarja li ngħataw futur fl-Istati Uniti tal-Amerika jew fl-UE. Jeħtieġ li jerġa’ jibda l-programm ta’ rikolazzjoni mal-Istati Uniti tal-Amerika għaliex dak li seħħ fil-pajjiż fl-aħħar snin kisser dak li kien sar qabel. Jeħtieġ li l-gvern jibqa’ jippersisti għaliex f-aħħar 10 snin, minkejja t-talba ta’ Malta, biex ikun hemm mekkaniżmu biex persuni li jingħataw dan l-istatus isibu futur f’pajjiżi barranin.

Carm Mifsud Bonnici semma’ ċ-ċokon tal-pjjiż u qal li min irid jintegra jsib kull mod kif jntegra iżda hemm ukoll is-sitwazzjoni dwar kemm il-pajjiż ikun irid jintegra il dawn il-persuni. Hu semma’ r-rapport Saving Lives in the Mediterrean u qal li fil-Kunsill tal-Ewropa, Malta għandha impenn li tikkonvinċi li mhux veru li tħalli lill-immirganti jgħerqu meta jkunu għaddejjin. Hu semma’ l-ambaxxati u qal li m’hemmx starteġija unika għall-ambaxxati kollha.