Lokali Parlament

Malta b’impressjoni żbaljata li ma ssalvax immigranti….irridu nibdluha

  • Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li Malta għandha taħdem ħafna, permezz ta’ ħidma internazzjonali, biex tibdel ir-reputazzjoni li għandha li hi pajjiż li ma ssalvax lill-immigranti għax il-vertà hi l-oppost.

Għandha ssir ħidma biex tinbidel l-impressjoni żbaljata li Malta ma salvax l-immigranti

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hu ministeru importanti li jrid jiddefendi r-reputazjzoni tal-pajjiż waqt li jistabilxxi l-istrateġija u l-prijoritajiet tal-pajjiż.

Hu qal li dan il-ministeru mhux jingħata l-importanza neċessarja mill-gvern u sostna li dan il-ministeru daħal f’dell ikrah b’dak li seħħ u għadu qed iseħħ. Il-politika nazzjonali tiddependi fuq dan il-ministeru meta l-fruntieri ta’ dan il-ministeru qed jiżviluppaw f’direzzjonijiet ġodda; fosthom bl-għarfien ambjentali li qed dejjem jikber.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż irid ikun ppreparat iktar għal dak li qed jiżviluppa u dan irid isir b’allokazzjoni ikbar mill-gvern; li mhux qed jagħti l-prijoritajiet neċessarji lil dan il-ministeru. Jeħtieġ li Malta ssaħħaħ il-viżibbiltà neċessarja tagħha biex tieħu l-massimu f’kull opportunità.

Carm Mifsud Bonnici semma’ n-Nazzjonijiet Magħquda u fora internazzjonali oħra fejn Malta għandha treġġa’ lura l-profil tal-pajji. Hu qal li fil-pajjiż hawn qbil ġenerali fuq il-politika barranija fosthom fil-politika Ewropea, Mediterranja, ir-relazzjonijiet ma pajjiżi Afrikani kif ukoll fuq il-ħidma diplomatika ma’ pajjiżi u reġjoni oħra tad-dinja.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-interessi nazzjonali ma jistgħux jaqgħu lura minħabba l-interessi l-oħra ta’ pajjiżi oħra fl-UE. Il-Ministeru tal-Finanzi qed ikun xħiħ ma’ ministeru li għandu rwol importani biex lejn Malta jkun attirat l-investiment. Il-gvern mhu qed joħloq xejn ġdid f’dan il-ministeru ħlief tliet ambaxxati. Issa ilna ħames snin nisimgħu dwarhom iżda ma jsirx xejn fosthom f’dik fl-Amerika Latina fejn għad trid tittieħed deċiżjoni jekk issirx il-Brażil jew iċ-Ċili.

L-Oppożizzjoni taqbel mal-ambaxxata fil-Gana u fTokjo. Malta għandha tistabbilixxi numru ta’ prijoritajiet li għandhom jintlaħqu minn pajjiżi fosthom fosthom dwar l-immigrazzjoni rregolari. Hekk lokali għal iktar persuni li jingħaqdu fl-ambaxxati Maltin. Jidher li mhux se jkun hemm żieda fl-allokazzjoni għall-ambaxxati Malti u hemm bonn miri iktar ċari għall-ambaxxati preżenti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li aktar żgħażagħ għandhom jaqbdu din il-linja tant essenzjali fil-ħajja Maltija. Post Malta mhux f’ħidmiet militari, sostna Carm Mifsud Bonnici, li tkellem fuq l-importanza li r-rappreżentanti ta’ Malta jagħmlu dan bi preparazzjoni u professjonalità kbira.

L-ambaxxaturi Maltin għandhom rwol importanti ħafna fir-reputazzjoni ta’ Malta

Hu semma’ lit-Tuneżija u qal li dak li seħħ fil-proċessi elettorali demokratiċi għandu jqawwu qalb il-gvern Malti u appella lill-President il-ġdid Tuneżin biex jimxi fuq id-demokrazija.

Fil-Libja s-sitwazzjoni hi ferm komplikata. Malta jista’ jkollha rowl iktar attiv. Il-preżenza ta’ Neville Gafa qed tikkaġuna ħsara wara li dan kien f’delegazzjoni fil-Libja mmexxija mill-ambaxxatur Malti għal Libja. Il-gvern għandu l-obbligu li jispjega x’kien qed jagħmel Neville Gafa f’din id-delegazzjoni.

Neville Gafa waqt żjara fil-Libja…ir-rwol tiegħu jibqa’ mhux stabbilit

Il-Mediterran jibqa’ reġjun ta’ ġidma u opportunitajiet fejn hemm ftuħ għal Malta fil-Marokk u fl-Eġittu.

Ir-relazzjonijiet mal-Italja jibqgħu prijorità għal Malta, qal Mifsud Bonnici, li kompla li dan hu iktar importanti fix-xenarju tal-immigrazzjoni. Iktar persuni qed jiġu bil-baħar f’Malta u għalhekk se jkun hemm aktar talbiet għall-ażil.

Ħafna minn dawk li jiġu Malta jkunu jridu jmorru l-Italja. Jeħtieġ li Malta terġa’ tipprepara mill-ġdid biex dawn il-persuni jingħataw futur f’pajjiżi barranin li m’humiex popolati daqs Malta. Il-progamm mal-Istati Uniti waqaf fl-2017 iżda dwar dan ma sar xejn. Dan sar ukoll mal-UE fejn il-programm ma tkompliex wara l-2013. Malta qed tkun impinġija bħala pajjiż li jħalli lill-persuni jgħiru meta dan mhux minnu.

Malta għandha terġa’ tibqa’ l-porgammi ta’ rikolazzjoni tal-immigrazjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika

Għahekk għandu jsir programm fl-UE u fid-dinja biex il-verità toħroġ li Malta qed terfa’ l-obbligi internazzjonali tagħhom daqs jekk mhux iktar minn pajjiżi barranin.

L-impressjonijiet żbaljati dwar Malta qed jiffurmaw opinjoni li tkun diffiċli tinbidel, sostna Carm Mifsud Bonnici, li qal li l-ambaxxaturi Maltin għandu jkollhom l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni. Il-ħidma tal-UNHCR mhix tidher u hu ttamat li Malta għadha fil-programm li kienet daħlet fih minħabba kumplikazznijiet fl-immigrazzoni rreagolari.

Il-gvern għandu jiffoka iktar fuq il-Kunsill tal-Ewropa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li tkellem dwar l-importanza li għandha tingħata ċ-Ċina u r-relazzjonijiet ma’ dan il-pajjiż.