Internazzjonali

Salvini jgħid li r-rebħa fl-Umbria kienet “rebħa storika”

Donatella Tesei se tkun il-President il-ġdid tar-Reġjun tal-Umbria fl-Italja, f’vot illi ta daqqa ta’ ħarta kbira lill-Movimento 5 Stelle u l-PD.

Filwaqt li l-M5S f’dawn l-elezzjonijiet reġjonali ġab biss 8% tal-voti, il-Lega ta’ Salvini kisbet appoġġ minn 37% ta’ dawk li xeħtu l-preferenzi tagħhom. Kien għalhekk illi Matteo Salivni ddeskriva din ir-rebħa ta’ Tesei bħala waħda storika.

It-turnout f’din l-elezzjoni kienet ta’ 64.4%. Il-partit Fratelli d’Italia ta’ Giorgia Meloni ġab 10% tal-voti.

Filwaqt li salvini qal illi dan il-vot hu messaġġ ċar lejn il-Gvern il-ġdid, il-Prim Ministru Conte ilu ġimgħat jipprova jnaqqas l-importanza ta’ din l-elezzjoni fl-Umbria.