Lokali

Serqa minn ħanut fil-Marsa

Ħalliel wettaq serqa minn ħanut tal-logħob fil-Marsa u rnexxielu jaħrab b’ammont ta’ flus kontanti.

Stqarrija tal-pulizija tgħid li s-serqa seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9.30p.m. fi Triq Ħal Qormi. Skont l-ewwel stħarriġ jirriżulta li raġel b’wiċċu mgħammad u armat b’arma bil-ponta, talab il-flus lill-kaxxier, raġel residenti Santa Venera, li fortunatament jidher li ma sofriex ġrieħi.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post. Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace qed tmexxi l-inkjesta bil-pulizija tinvestiga l-każ.