Sport Sport Ieħor

Sliema Hotsticks jilħqu ftehim ma’ BT Commercial

Il-klabb tal-Hockey Sliema Hotsticks ħabbar sħubija ġdida ma’ BT Commercial Limited li se jkun l-isponsor ewlieni tagħhom f’dan l-istaġun. BT Commercial permezz tal-isem GREE, se jkunu qed jagħtu s-sapport lit-timijiet taż-żgħażagħ kif ukoll dak tal-kbar fejn għas-sentejn li ġejjin huma se jikkompetu taħt l-isem GREE Hotsticks.

Il-President tal-klabb Pierre George qal li l-klabb jinsab kburi li kumpanija magħrufa u ta’ suċċess ħadet id-deċiżjoni li jgħinu lill-klabb u lil-logħba tal-Hockey. Id-Diretturi ta’ BT Commercial Oliver u Graziella Brownrigg qalu li huma aktar minn kuntent li se jagħmlu l-parti tagħhom biex jgħinu lil Sliema Hotsticks iżommu posthom bħala wieħed mill-aqwa klabbs tal-hockey f’pajjiżna.