Futbol Sport

Stam jirriżenja minn kowċ ta’ Feyenoord

(Ritratt: EPA)

Jaap Stam irriżenja minn kowċ ta’ Feyenoord wara t-telfa ta’ 4-0 kontra r-rivali Ajax. It-tim Olandiż qed isibha diffiċli f’dan il-kampjonat u jinsabu fit-12-il post, diġà 15-il punt taħt il-leaders Ajax wara li rebħu biss tlieta mill-11-il logħba fl-Eredivisie.

Fi stqarrija, l-eks difensur Olandiż qal li ħaseb fuq din id-deċiżjoni għal ħafna żmien u kkonkluda li għal ġid tal-klabb, il-plejers u tiegħu nnifsu u għaqli li jirriżenja.

Id-Direttur Tekniku tal-klabb Sjaak Troost qal li jirrispettaw il-fatt li xi ħadd ma jemminx li jista’ jagħmel xogħlu u ma jkunx irid ikompli. Stam li fil-passat mexxa lil Reading u Zwolle, ħa post Giovanni van Bronckhorst f’dan is-sajf.

Tags