Sport Sport Ieħor

Tiger Woods jilħaq ir-rekord bir-rebħ tat-82 tournament fit-Tour PGA

(Ritratt: EPA)

Tiger Woods laħaq ir-rekord tat-Tour PGA bir-rebħ tat-82 tournament b’rebħa fil-Kampjonat Zozo li sar fil-Ġappun. Dan kien l-ewwel avveniment tiegħu minn meta għamel il-ħames operazzjoni fl-irkoppa disa’ ġimgħat ilu.

F’April, Woods rebaħ l-ewwel unur maġġuri wara 11-il sena bil-kisba tal-Masters. B’hekk hu jinsab tliet titli anqas mir-rekord ta’ 18-il titlu li jinsab għand Jack Nicklaus. L-Amerikan ta’ 43 sena kellu seba’ holes biex jispiċċa hekk kif laħaq ir-rekord ta’ Sam Snead li kien inħoloq fl-1965. Snead kellu 52 sena meta rebaħ għall-aħħar darba fit-Tour PGA filwaqt li Nicklaus kellu 46 sena meta għolla l-aħħar unur maġġuri.

Wara l-aħħar rebħa tiegħu, Woods li kellu wkoll erba’ operazzjonijiet f’daharu, tilef il-Kampjonat PGA u l-Kampjonat Open. Hu ma kkwalifikax għall-fażi finali tal-Kampjonat tat-Tour li kien rebaħ is-sena ta’ qabel. Hu żied li l-operazzjoni fl-irkoppa kienet l-akbar sfida tiegħu fil-karriera u jittama li jieħu sehem fl-Olimpjadi tas-sena d-dieħla f’isem pajjiżu.