Lokali

Tmiem il-ġimgħa se ġġib magħha l-maltemp?

Ritratt: Martin Agius

Il-bidu ta’ din il-ġimgħa ġabet maltempata liema bħala … il-kumplament tal-ġimgħa mistenni li jkun hemm xi ħalbiet tax-xita u saħansitra maltempata oħra iżda tmiem il-ġimgħa se jkun daqsxejn aħjar.

Fil-fatt, l-Ufficcju Meterjologiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar li t-Tlieta u l-Erbgħa hu imbassar li jkun hemm ħalbiet isolati tax-xita filwaqt li r-riħ se jkun Forza 2 għal 3. Minn naħa l-oħra l-Ħamis se jkun daqsxejn aħjar hekk kif jidher li se jkun imsaħħab biss iżda r-riħ se jqum ftit iżjed għal Forza 3 għal 4.

Il-bidu tax-xahar li ġej se jgħati pass eqreb għall-istaġun tax-xitwa hekk kif hu mbassar li se terġa’ tagħmel maltempata b’ħalbiet tax-xita bir-ragħad.

Iżda għal dawk li beħsiebhom joħorġu fi tmiem il-ġimgħa, it-tbassir tat-temp qed juri li se jkun biss ftit imsaħħab. Madanakollu, is-Sibt u l-Ħadd il-Forza tar-riħ se tiżdied għal 5.

Ritratti: Martin Agius

Ikkummenta