Ekonomija Internazzjonali Kummerċ

Tnaqqis fil-profitti ta’ HSBC Holdings plc

L-HSBC Holdings ħabbru li l-bank se jkun qed jirreġistra tnaqqis fil-profitti tiegħu – daqqa ta’ 18 fil-mija.

L-aktar bank fl-Ewropa li ghandu assi habbar li se jkun qed jibda eżerċizzju biex jitnaqqsu l-ispejjes. Dan fid-dawl ta’ previzjonijiet xejn sbieħ għas-sena li ġejja.

F’komunikat internazzjonali, l-HSBC qal illi l-istrategija l-ġdida tal-bank se titħabbar sal-bidu tas-sena. Lokalment, HSBC Malta diġa’ ħabbar sensiela ta’ inizjattivi li inkludew l-għeluq ta’ numru ta’ fergħat.