Fl-aħħar jiem smajna diversi verżjonijiet fir-rigward tal-paga li ġie mogħti l-ħabib tal-Prim Ministru, Kurt Farrugia … li minn impjieg viċin Joseph Muscat, issa akkwista impjieg mal-entità tal-Gvern, Malta Enterprise bħala Kap Eżekuttiv.
Dwar dan staqsejna lil Kurt Farrugia nnifsu, li minn naha tieghu qalilna niċċekjaw ma dak li ppublikat it-Times.
Hekk għamilna – u rajna li se jibda minn paga ta’ EUR131,000 fis-sena u jitla għal paga ta’ EUR179,000 fi żmien 9 snin.
Imbghad il-Prim Ministru qalilna niċċekjaw il-paga li kellu Alan Camilleri fl-istes rwol fil-Malta Enterprise… hekk għamilna u sibna li kellu EUR70,000, jiġifiri kwazi 100,000 ewro inqas milli se jkollu Kurt Farrugia fil-kuntratt.
Il-Ministru Konrad Mizzi minn naha tieghu qalilna li jaqbel mad-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat, li kienet deċiżjoni u paga li fuqha qabel il-kabinet kollu. U issa, kien imiss lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo biex johrog ghonqu ghal Farrugia.
Lil Evarist Bartolo saqsejnih jekk dawn l-eluf setgħux marru għat-titjib u investiment fis-settur tal-edukazzjoni minflok fil-but ta’ persuna waħda qrib Joseph Muscat – paga li sat-tielet sena tal-kuntratt se tkun tfisser 400 KULJUM fil-but ta’ Kurt Farrugia.
Fid-dawl tal-fatt li hemm ħafna għalliema li fl-aħħar ġimgħat urew diżżappunt għal mod kif qed jiġu trattati mill-Gvern… b’aktar għalliema qed ikomplu jitilqu l-professjoni tagħhom jew jagħżlu professjoni oħra … komplejna nipressaw lill-Ministru dwar dawn ir-realtajiet.
//= $special ?>