Huma 394,955 jew kważi 400,000 il-vetturi rreġistrati f’pajjiżna bil-maġġor parti assoluta huma vetturi tal-passiġġieri.
Filfatt 77.5% tal-vetturi huma vetturi tal-passiġġieri filwaqt li 13.6% huma vetturi kummerċjali. Kwazi 8% huma muturi.
Ċifri maħruġa mill-Uffiċju tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, il-karozzi fit-toroq kienu qed jiżdiedu b’rata ta’ 33 vettura kuljum.
Mas-60% tal-vetturi jużaw il-petrol, u 38.8% jaħdmu bid-diesel.
Huma biss 0.9% tal-vetturi f’pajjiżna il-vetturi hybrid jew li jaħdmu bl-elettriku.
Fl-istess tlett xhur tneħħew 7.051 vettura mit-toroq iżda 36% minnhom reġgħu inbigħu. Kwazi 32% ġew iggaraxxjati u 30% ġew skrappjati.
//= $special ?>