Lokali Qorti

Bouncer Serb jibqa’ arrestat fuq akkużi li fera gravament Pollakk f’Paceville

Dejan Zivanov ta’ 29 sena mis-Serbja li jaħdem bħala uffiċjal tas-sigurtà (bouncer) fl-istabbiliment Havana, u li huwa residenti fil-Qawra, inżamm taħt arrest preventiv mill-Maġistrat Charmaine Galea wara li tressaq il-Qorti mixli li darab gravi żagħżugħ Pollakk f’Paceville.

Zivanov li għalih deher l-Avukat Noel Bartolo mhux ħati tal-akkużi kollha mressqa kontrih bl-aktar akkuża gravi tkun dik li mingħajr ħsieb li joqtol ikkaġuna ferita gravi fuq Maciej Zyluk, Pollakk żagħżugħ.

Huwa ġie mixli wkoll li ħadem bħala gwardjan privat f’post tad-diveriment mingħajr liċenzja neċċessarja u li nġurja lil ħaddieħor filwaqt li ħareġ ukoll barra mill-limiti ta’ provokazzjoni. Ġie mixli ukoll li kiser il-paċi pubblika. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri filwaqt li ma saret ebda talba mid-difiża għal libertà proviżorja.