– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlament li s-setturi tal-biedja u s-sajd se jispiċċaw iżda l-gvern mhux jintroduċi inċentivi biex dawn isalvaw.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo tkellem dwar il-biedja u s-sajd u qal li dawn huma setturi li jinsabu fi stat ta’ emerġenza. Hu qal li l-gvern mhux jirrikonoxxi l-falliment fil-qasam ambjentali fejn il-Ministru tal-Ambjent għandu responsabbiltà x’iġorr.

Edwin Vassallo qal li Malta għandha fost l-agħar kwalità tal-arja fl-Ewropa iżda l-gvern mhux qed jieħu azzjoni anki għall-mijiet ta’ persuni li qed imutu kmieni propju minħabba l-kwalità ħażina tal-arja.
Dan il-pajjiż kollu sar fabbrika tal-kanċer, sostna Edwin Vassallo, li qal li l-Ministeru għall-Ambjent sar irrilevanti. Kull sena qed tonqos il-profitibbiltà tal-bdiewa u s-sajjieda, qal Edwin Vassallo, li kompla li fl-aħħar seba’ snin il-gvern ma kellux l-impenn meħtieġ biex isolvi din il-problema. Hu staqsa f’hix waslet l-inkjesta dwar l-iskandlu tat-tonn u sostna li l-proposti li qed iwiegħed il-gvern fil-biedja u s-sajd ilhom jiġu mwiegħda iżda ma jitwettqu qatt.
//= $special ?>