Lokali Parlament

Il-gvern reġġa’ lura l-Awtorità tal-Artijiet għal dipartiment

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li d-deċiżjoni li l-poteri tal-Awtorità tal-Artijiet jmorru kollha f’idejn il-Kap Eżekuttiv neżżgħet lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bord tal-Artijiet, li twaqqaf minħabba numru ta’ skandli li seħħu fosthom dak ta’ Triq Zekka, tal-Australia Hall u tal-Cafè Premier. Issa l-gvern għamel u-turn u s-sitwazzjoni ġiet ma tagħmilx sens li jkun hemm awtorità iżda reġa’ mar kollox għal kif kien id-Dipartiment tal-Artijiet qabel.

Il-Bord tal-Gvernaturi kien twaqqaf propju wara l-iskandli tal-Australia Halla, Triq Zekka u Cafè Premier

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien il-Bord li kien jiddeċiedi liema art tal-gven għandha toħroġ għall-bejgħ iżda issa hu l-Kap Eżekuttiv li jiddeċiedi. It-trasparenza spiċċat, sostna Ryan Callus, li qal li mhux se jibqgħu 12-il gvernatur li jitgħu jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet.

Din kienet mossa biex jinqdew nies tal-qalba u mhux minnu li l-Bord tal-Gvernaturi ma kienx qed jaħdem. Din kienet sfiduċja fuq in-nies maħtura mill-gvern stess, sostna Ryan Callus, li kompla li issa kollox sar jittieħed minn persuna waħda; James Piscopo.

James Piscopo, li serva fil-Partit Laburista, issa ngħata poteri assoluti fl-Awtoirtà tal-Artijiet

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-imwejjed u s-siġġijiet minn stabbiliment li jopera quddiem it-Teatru Rjal u li hu ta’ uffċijal tas-sigurtà tal-Prim Ministru. Il-gvern ma jridx jieħu passi għax hu gvern li ma jimxix l-istes sema’ kulħadd.

Hu semma’ l-NGO RMJ Horses Rescue u qal li din se tispiċċa barra għax min hu sid tal-art li għandu qbiela mingħand il-gvern qed jissulloka u qed jitlob prezzijiet esaġerati. Dan hu abbuż ma’ NGO li qed tipprova tgħin lis-settur tal-annimali.

Appell biex tinstab soluzzjoni dwar l-art li għandha l-NGO RMJ Horse Rescue li ssalva ż-żwiemel

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-espriopriji u appella biex il-proftti li tagħmel Awtorità tal-Artijiet jinżammu u jgħaddu għand in-nies li Gvern Laburista ħadilhom l-art biex jintużaw għall-persuni li għadhom bla ġustizzja. Għandha issir ġustizja dwar dan, sostna Ryan Callus, li spjega kif il-vot għall-espropju reġa’ naqas f’dan il-budget.