Lokali Parlament

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni m’għandhomx ikunu rappreżentati fil-bordijiet

– Marthese Portelli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli pproponiet li l-Gvern u l-Oppożizzjoni ma jibqgħux rappreżentati fil-bordijiet.

F’diskors fil-parlament Marthese Portelli qalet li dan hu Ministeru tat-Trasport, Infrastrutturali u Proġetti Kapitali jiddefinixxi lil Malta tal-lum u tal-futur u għalhekk hu ministeru sensittiv li jrid ikollu viżjoni billi jaħseb fl-immedjat u fit-tul. Malta tinsab f’mument delikat biex il-pajjiż jibqa’ abitabbli fejn mhux biss jieħdu pjaċir jiġu t-turisti iżd anki l-Maltin jieħdu gost jgħixu fih.

Hi semmiet Aġenda 2050 u qalet li jeħtieġ li jkun hemm maturità politika. Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-persuna li se tinħatar flok il-Kap Eżekuttiv Johann Buttigieg fl-Awtorità tal-Ippjanar tkun waħda li tisma’ l-proposti.

L-ippjanar u l-ambjent m’għandhomx l-istess saħħa fl-awtoritajiet

Marthese Portelli semmiet is-Suppretendent tal-Wirt Kulturali u enfażizzat il-kompetenza tal-ħaddiema fis-settur billi dawn ikunu inċentivati biex ikun hawn l-aqwa ippjanar rurali u urban.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li minkejja li l-gvern xtaq li l-ambjent u l-ippjanar jkollhom l-istess saħħa, dan mhux qed iseħħ la fl-Awtorità tal-Ippjanar u lanqas fl-ERA. Hi qalet li l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd biex ikunu ffrankati il-flus u l-ħin kemm għall-iżviluppaturi kif ukoll għall-NGOs. Dwar il-Public Domain Act, hi semmiet l-applikazzjonijiet għal żvilupp f’Wied Għomor u appellat biex dan ikun skedat taħt dan l-att. Dan hu wied protett u għalhekk għandu jkun skedat. Dan il-budget seta’ ffoka iktar fir-riġenerazzjoni b’mod iktar wiesgħa.

Wied Għomor għandu jkun skedat minħabba l-ammont kbir ta’ applikazjonijiet għal żvilupp li hemm ġo fih

Proposta tal-PN kienet li bħall-planning fund jkun ikkunsidrat li parti mill-VAT ġenerata minn ċertu lokalitajiet terġa’ tkun investita fl-istess lokal li jkun qed jerfa’ l-piżijiet tan-negozji u attivitajiet kummerċjali.

Jeħtieġ tliet policies importantissima fosthom policy dwar l-artikettura għaliex filwaqt li hawn periti li jwettqu dawk li studjaw għalih periti oħra huma irresponsabbli u jibnu qishom kaxxi fuq xulxin. Dan qalitu l-Kamra tal-Periti u għalhekk il-periti li qed jiddisinjaw b’mod sabiħ għandhom ikunu mgħejjuna. L-iskyline policy ukoll hi prijorità minħabba l-interpretazzjonijiet li jkun hemm fil-Planning Board. Policy ta’ protità hi dik dwar il-landscape għaliex daħlet il-kultura li fejn ma jsirx bini u jitħawlu erba’ siġriet jkun sar landscaping meta dan ma jkunx il-każ.

Jeħtieġ policy u għajnuna lill-periti li jibnu bini sabiħ li jsebbaħ il-lokalitajiet u mhux kaxxi fuq xulxin

Martese Portelli semmiet il-liġi tal-kera u qalet li din għandha tkun liġi waħda, tajba u ġusta.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li għall-ġid tal-pajjiż m’għandux ikun hemm rappreżentanza tal-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq il-bordijiet għall-ġid tal-pajjiż u biex in-nies jemmnu iktar fil-politiċi. Dan għaliex ċertu deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu interpetati skont kif iridu l-gvern jew l-Oppożizzjoni. Ġieli kien hemm każi fejn saret pressjoni biex il-membri jivvutaw mod jew ieħor, sostniet Marthese Portelli, li qalet li post id-deputati hu fil-parlament.