Lokali

Il-pajjiż għandu deficit soċjali,istituzzjonali u ambjentali

Arkivji
  • Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-pajjiż għandu deficit soċjali, infrastrutturali u ambjentali.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-ekonomija hi marbuta mal-kompetittività. Il-gvern hu obbligat li jara li ma jkunx hawn deficit soċjali. Il-familji Maltin m’għandhomx ikunu paragunati mal-paga tal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise li qed idaħħal €180,000 fis-sena.

Kurt Farrugia qed idaħħal €180,000 fis-sena waqt li hawn familji li mhux ilaħħqu

Edwin Vassallo qal li l-Prim Ministru qed jgħix li kulħadd sejjer tajjeb iżda ftit ilu ddikjara li mhux ifaddal meta dan jaqla’ €70,000. Tgħid ħa żball meta qala’ bħal tal-push back? staqsa Edwin Vassallo, li kompla li dan hu budget li fih diżugwaljanza bejn il-klikka tal-gvern u l-poplu li jingħata l-ftit.

Il-gvern qed jibni biċ-cheap labour fejn l-NSO stess qed jikkonferma li hawn eluf ta’ persuni li ma għandhom diffikultajiet finanzjarji fosthom 26,000 familja li ma jistgħux jieklu laħam, tiġieġ jew ħut. Dan il-gvern femminista għadu m’għamel xejn biex il-pagi tan-nisa u l-irġiel ikunu l-istess.

Hu qal li hawn 35,000 familja li mhux kapaċi jsaħħnu djarhom. Hawn eluf li ma jistgħux jaffordjaw televiżjoni bil-kulur. Il-gvern għandu jsaħħaħ is-saħħa tal-flus fl-idejn jekk irid isaħħaħ il-komeptittività. Il-gvern jista’ jwaħħal fil-COLA iżda fil-verità l-gvern kien isemmi l-living wage. Hu qal li kien il-Prim Ministru li wiegħed li se jirranġa l-problema tas-serq fil-kontijiet fi żmien sena.

Il-Prim Ministru kien wiegħed li se jirranġa l-problema tas-kontijiet fi żmien sena

Edwin Vassallo staqsa x’inhi s-saħħa tal-flus tal-familji biex imorru jixtru u staqsa min qed jitkellem mas-sidien tan-negozji żgħar u medji. L-NSO jikkonferma li, ħlief fil-kostruzzjoni, il-ħlas totali tal-impjegati fl-2019 u inqas mill-2018. Fil-manifattura qed ikun hemm ukoll tnaqqis fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena paragunati mal-ewwel sitt xhur tal-2018. Din kwistjoni ta’ responsabbiltà li fiha l-gvern qed jitlef il-kredibbiltà.

Edwin Vassallo qal li l-iktar fattur li żied il-prezz tal-ikel hu t-take away waqt l-pajjiż għandu inqas importazzjoni u iktar esportazzjoni. Il-mudell ekonomiku tal-gvern hu ż-żieda tal-barranin, iż-żieda fil-permessi tal-bini, il-bejgħ tal-passaporti u l-fondi mill-UE. Mill-Economic Survery jirriżulta li fl-2016 u fl-2017 l-iktar li kien hawn kienu barranin mill-UE waqt li fl-2018 kien hemm iktar barranin minn barra l-UE.

Il-mudell ekonomiku ta’ dan il-gvern hu bbażat fuq żieda fil-ħaddiema barranin

Edwin Vassallo staqsa kemm jiflaħ il-pajjiż iktar barranin u qal li l-gvern qed iġib ħaddiema barranin biċ-cheap labour, jsostnu l-industrija tal-kiri u tal-permessi u ma jkunx hemm kunsiderazzjoni għall-ambjent.

Hu qal li jirriżulta li ż-żgħażagħ qed jissellfu iktar milli jifilħu u hu iktar minn dak li hu normali.