Il-kumpanija Media.Link Communications tinsab maħsuda bl-aħbar tal-mewt tal-eks kollega tagħna Charles Zammit Moore, li għal snin twal ħadem fit-Taqsima tar-Reklamar. Hu kellu 69 sena.
Charles Zammit Moore kien ilu jaħdem ma’ In-Nazzjon sa mill-1970 u għal xi żmien kien ukoll Head of Sales tal-gazzetti u tal-istazzjonijiet li jmexxi l-PN.
Zammit Moore kien wieħed minn dawk li għex iż-żminijiet diffiċli għall-media tal-PN, partikolarment it-tensjoni politika tas-Snin Tmenin u l-perijodu meta kien hemm il-bojkott kummerċjali kontra Xandir Malta.
Aktar tard, ħadem bis-sħiħ biex inġiebu premijiet varji li kienu jitqassmu kemm fil-Lotterija tal-Indipendenza u anke għall-maratoni ġbir ta’ fondi.
F’Settembru 2018 hu kien ingħata rikonoxximent speċjali waqt is-serata ta’ Net Honours.
Il-funeral ta’ Zammit Moore se jsir nhar il-Ħamis li ġej fis-2.30pm fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Floriana.
//= $special ?>