Ir-Renju Unit qed jidher eqreb elezzjoni ġenerali bikrija li għandha ssir ix-xahar id-dieħel. Dan wara li l-Kap tal-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni ħabbar li l-partit tiegħu jinsab lest biex jiġġieled l-aktar kampanja radikali li qatt daħal għaliha.
Il-Kap Laburista, Jeremy Corbyn, qal li l-kundizzjoni tiegħu biex il-prospett ta’ no-deal Brexit jitneħħa minn fuq il-mejda tan-negozjati issa ġiet milqugħa,. Dan ladarba l-Unjoni Ewropea qablet biex testendi d-deadline għal Brexit sal-31 ta’ Jannar tal-2020.
Il-Prim Ministru Boris Johnson jista’ jaċċerta biss minn elezzjoni f’każ li jkollu l-appoġġ mid-deputati fil-House of Commons li (s’issa) ostakolaw il-mozzjoni tliet darbiet. Johnson, intant, għandu jipprova mill-ġdid li jikseb l-appoġġ tad-deputati għal elezzjoni bikrija waqt vot fil-Parlament li jsir aktar tard illum,
L-abbozz tal-Gvern ippubblikat qabel id-dibattitu fil-House of Commons jelenka biex il-poplu fir-Renju Unit jivvota f’elezzjoni li ssir fit-12 ta’ Diċembru.
//= $special ?>