- Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus appella biex jittieħdu miżuri effettivi biex il-poplu Malti jibqa’ jiekol ikel nuturuttiv għaliex din hi waħda mill-problemi kbar li qed teffettwa lill-poplu fis-saħħa.
Fil-parlament Ryan Callus qal li Malta għadha fost l-agħar fl-UE fl-obeżità fejn jirriżulta li bħala popolazzjoni Malta hi dipendenti fuq prodotti importanti u mhux minnu li f’Malta għandha dieta Mediterranja iżda din tixbaħ iktar lil dik tal-Ewropa tal-Punent. 150 sena ilu il-Maltin kellhom dieta Mediterranja ta’ veru li kienet tnaqqas ir-riskju ta’ mard tal-qalb.
Studju li sar sab li 150 sena wara xena inbidlet tant li l-poplu qed jiekol dieta tal-Punent fejn żdied il-melħ u l-laħam. Il-WHO iddeskreviet lill-poplu bħala f’riskju ta’ mard minħabba l-ikel. It-tfal mhux qed jieħdu frott u ħaxix u hemm ukoll il-kultura Maltija fejn il-poplu jiekol porzjonijiet kbar.
Din hi kultura li qed tagħmel ħsara lill-poplu flimkien mal-fatt li l-Maltin qed jieklu barra wisq. L-ikel tar-ristoranti qatt ma jista’ jkun tajjeb għas-saħħa daqs tad-dar. 72% tal-adulti jipprattika l-attività fiżika, sostna Ryan Callus, li kompla li t-tfal għandhom jittieħdu barra jagħmlu l-eżerċizzju u mhux iqattgħu ħin twil quddiem it-televiżjoni.
Il-PN ippreżenta l-Liġi għal Ħajja Sana li kienet implimenata sa ċertu punti. Hu staqsa jekk sarx eżerċizzju dwr l-ikel li qed jinbeigħu fl-iskejjel. Jeħtieġ li l-ikel fid-djar tal-anzjani ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ma jkunx qed jikkaġuna ħsara lilll-istes sanzjani.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kellha ssir liġi dwar x’riklamar isir meta t-tfal ikunu qed jaraw it-televiżjoni. Il-gvern għamel żewġ proposti biss fil-budget fosthom dwar it-toqol tal-basktijiet u jkun installati l-funtani għax-xorb tal-ilma fl-iskejjel. Hu qal li l-istudenti għandu jkollhom 30 minuta mandatorji kuljum għall-edukazzjoni fiika.
Ryan Callus qal li wieħed minn kull ħames żgħażagħ huma f’riskju ta’ dipressjoni;’ din hi t-tielet l-ogħla rata ta’ dipressjoni fl-Ewropa u għalhekk għandha tingħata l-attenzjoni mmedjata meħtieġa. Jirriżulta li s-servizz li qed jingħata liż-żgħażagħ għandu problema għaliex il-każi mhux qed ikunu segwiti.
//= $special ?>