Lokali Parlament

Jeħtieġ koordinament fix-xogħlijiet fit-toroq


  • Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex ikun hemm koordinament fix-xogħlijiet fit-toroq għaliex diversi toroq li qed isiru qed jerġgħu jinqalgħu propju minħabba xogħlijiet ħżiena.

Fil-parlament Toni Bezzina qal li jidher ċar li hemm nuqqas ta’ koordinament fix-xogħlijiet fejn ix-xogħol mhux jilħaq il-livell. Hu sostna li x-xogħol riparatorju fil-by-pass tal-Mellieħa baqa’ ma sarx waqt li diversi toroq oħra qed ikollhom jinqalgħu mill-ġdid. Hemm ukoll nuqqasijiet serji fil-kostruzzjoni tat-toroq fil-bankini.

Hu semma’ l-fly-over tal-Marsa u qal li minkejja li din infetħet it-tarmak fih diversi nuqqasijiet. Ftit iktar ‘l isfel fl-istess triq hemm trinka li taqsam il-fly-over li diġà niżlet. Hu qal li minkejja li għaddew seba’ snin, Triq l-Kuċċard f’Ħal Safi għadu mhux lest waqt li fit-Triq il-Wied f’Ħal Balzan ix-xogħlijiet damu sena minħabba d-drenaġġ waqt li issa li ngħata t-tarmak hemm tappieri li diġà qed iċedu.

Jirriżulta li t-tarmac fuq il-fly-over il-ġdida fil-Marsa mhux ta’ kwalità

Hu tkellem Infrastructure Malta li hi responsabbli mit-toroq f’Malta u qal li l-PN qatt ma kien kontra li titwaqqaf Aġenzija iżda kien u għadu kontra fil-mod kif din topera minħabba li l-gvern reġà ċċentralizza l-poteri kollha li kellhom il-kunsilli lokali li qabel kienu jiddeċiedu huma fejn u liema jsiru toroq waqt li issa qed jiddeċiedi l-gvrn. Min-naħa tieħgu l-gvern ftit jikkonsulta mal-kunsilli lokali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li f’Sta. Luċija is-Sovratindenza tal-Wirt Kultura ġew injorati fuq il-fdalijiet li instabu fil-viċin. Hu kkritika n-nuqqas ta’ koordinament fuq ix-xogħlijiet u appella beix isiru l-iskritunju kollu fuq ix-cogħol u l-infieq li qed isir minn Infrastructure Malta.

Il-gvern qed jattwa politika li jqaċċat is-siġar mit-toroq il-ġodda

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-siġar fit-toroq u staqsa għaliex qed jitneħħew is-siġar mit-toroq. Hu semma’ diversi minn fejn se jinqalgħu madwar 800 siġar li ħafna minnhom ikunu protetti. Kull triq bit-tarmac li hawn fil-pajjiż saret minn gvern Nazzjonalista wara l-1987.

Toni Bezzina qal li fi Transport Malta l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema m’humiex tajbin tant li dawn spiċċaw jidderieġu t-traffiku. Dawn mhux jingħataw l-għodod li għandhom bżonn foshtom maskli għall-ħaddiema. Hu qal li t-twessiegħ tat-toroq mhux se jsolvi l-problemi tat-traffiku għaliex qed jinħolqu problemi ġodda f’żoni tat-toroq. Jeħtieġ tingħata prijorità għall-bus lanes u s-cycle lanes.

Dwar it-trasport pubbliku Toni Bezzina qal li l-istatistika mill-NSO turi li minkejja ż-żieda fil-patronaġġ it-trasport pubbliku mhux qed jaqdi lin-nies kif suppost tant li l-karozzi privati qed ikomplu jiżdiedu. Minkejja dan il-gvern qed ikompli jagħti l-miljuni għat-trasport pubbliku f’sussidju. Jirriżulta li l-ħaddiema Maltin mhux qed jiġu trattati bl-istess mod kif qed ikunu trattati l-ħaddiema barranin. Is-sahra qed tingħata lill-ħaddiema barranin waqt li l-ħaddiema Maltin mhux qed jingħataw l-istess opportunitajiet.

It-trasport publbiku mhux jaqdi tajjeb biżżejjed lill-pubbliku

Fil-pajjiż hawn biss 1% tal-vetturi li jaħdmu bid-dawl, qal Toni Bezzina, li kompla li r-reġistrazzjoni tal-iscooters m’għandhiex tkun ogħla minn dik ta-muturi. Hu semma’ wkoll id-diversi proposti li għamel il-PN fosthom ħlas ta’ liċenzja pro-rata għal min juża’ l-karozzi fi tmiem il-ġimgħa, l-introduzzjoni ta’ metro, introduzzjoni ta’ trasport alternattiv, li ssir kampanja edukattiva fl-iskejjel, trasport b’xejn għall-ħaddiema kollha tal-gvern, inċentivi għall-kumpaniji privati li jdaħħlu trasport b’xejn għall-ħaddiema introduzzjoni ta’ bus-lanes u l- introduzzjoni ta’ spralli għas-servizzi