Lokali Parlament

Kulħadd irid jagħti kontribut biex titneħħa l-istigma fuq il-mard mentali

  • Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella biex isir sforz nazzjonali biex titneħħa l-istigma li għad hawn fil-pajjiż fuq il-mard mentali.

L-Isptar Monte Crameli hu binja ta’ 300 sena li jeħtieġ tinbidel

Fil-parlament Mario Galea appella biex il-persuni li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali jkunu trattati bħal pazjenti oħra u ma jibqgħux jingħataw timbri. Hu kkritika l-programm X Factor fejn Keith Howard ma rrikonoxxiex kundizzjoni ta’ marda mentali minn parteċipanta u qallha li din il-kantanta kienet qed tagħmel biss drama.

Mario Galea: Keith Howard għandu jitlob apoġolija dwar dak li qal fil-konfront ta’ kantanta

Mario Galea appella biex Howard jagħmel apoloġija pubblika għal dak li qal. Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-kummenti kienu żejda u weġġgħu lin-nies. Mhux se nara iktar X Factor, sostna Mario Galea, li qal li Keith Howrad kien għamel ħsara kbira għaliex hu persuna influwenti.

Il-pajjiż se jintlaqat minn pandemija ta’ mard mentali iżda jidher li inħlew sitt snin għaliex il-gvern ma semax l-appelli. Jidher li l-gvern ma vvota xejn għal dan l-isptar ġdid għas-saħħa mentali. L-Isptar Monte Carmelo hu sptar ta’ 300 sena u issa l-investiment tiela’ għal €6 miljuni iżda fil-verità l-bini hu antik u l-modenizzar li jsir mhux sostenibblli.

Mario Galea qal li Gvern Nazzjonalista investa bil-qawwi f’Monte Carmeli wara li fl-1987 dan kien fi stat problematiku. Gvern Nazzjonalista bdidel l-Isptar Monte Carmeli mill-qigħ.

Gvern Nazzjonalista investa bil-qawwi fl-Isptar Monte Carmeli iżda issa jeħtieġ sptar ġdid

Mario Galea tkellem dwar is-suwiċidju u qal li dan sar traġedja internazzjonali fejn anki f’Malta qed jiżdied. Kull 40 sekonda fid-dinja persuna tneħħi ruħha b’idejha waqt li jkun hemm 20 attentat li ma jirnexxux. Fi żmien sena se jkun hawn suwiċidju kull 20 sekonda u 40 attentat. Tlieta minn kull erba’ minn dawn huma irġiel.

Bejn l-etajiet ta’ bejn il-15 u d-29 sena. Is-suwiċidju hi t-tieni kawża tal-imwiet. Id-deputat Nazzjonalista qal li ċ-ċentru ta’ kriżi għal persuni suwiċidali tneħħa minn dan il-gvern Hu appella biex dan it-team jerġa’ jitwaqqaf u staqsa min ma jridx li jitwaqqaf dan is-servizz għax jista’ jkun hemm min għandu interessi u finanzjarji biex dan ma jsirx. Mhux kulħadd jista’ jħallas u s-sitwazzjoni hi li qed jintilfu l-ħajjiet. Hu appella għal screening fl-iskejjel biex ikunu identifikati l-istudenti li jistgħu jiżviluppaw mard mentali.

Mario Galea appella biex il-kura tinfirex ukoll fil-komunità u qal li jeħtieġ qafas wiesa’ ta’ professjonisti fil-komunità biex il-kura tingħata fil-komunità. Hu nsista biex isir sforz kollettiv biex titneħħa l-istigma kontra l-persuni mentali. Il-persuni li ma jmorrux jaraw psikjatra jkunu fil-periklu ta’ suwiċidju, sostna Mario Galea.