Lokali

Kumpanija oħra tal-igaming se tnaqqas l-operat f’Malta

Il-kumpanija Yggdrasil se tmexxi l-operat tagħha minn Malta, fejn kienet taħdem minn uffiċċju f’Tas-Sliema, għall-Polonja.

Pajjiżna kien wieħed minn erba’ fejn kienet topera din il-kumpanija, li għandha preżenza wkoll fil-Polonja, Ġibilta u żewġ uffiċċji fl-Iżvezja.

F’pajjiżna, din il-kumpanija kellha madwar 50 impjegat, li minnhom se jitneħħew 29 persuna.

Kelliem għal Yggdrasil spjega li d-deċiżjoni ttieħdet hekk kif f’pajjiżna l-kumpanija rat tnaqqis fid-dħul tagħha u kienet qed issib numru ta’ diffikultajiet, waqt li fi Krakow u Stokkolma x-xogħol kien sejjer ferm aħjar.